Ibbukkja kmieni, ħallas inqas ma’ Emirates

Vjaġġaturi li qed iħejju l-pjani tagħhom biex isiefru issa għandhom l-opportunità li jħallsu nqas, hekk kif Emirates qed toffri firxa ta’ skontijiet speċjali għal għadd ta’ destinazzjonijiet meta l-bookings isiru sal-aħħar ta’ April 2017. Id-destinazzjonijiet jinkludu 28 għażla popolari fil-Lvant Nofsani, Lvant Imbiegħed, Lbiċ tal-Asja, l-Afrika u l-Awstralja.

Il-prezz speċjali, inkluż it-taxxi, abbinat mal-offerta tal-Klassi tal-Ekonomija jibda minn €694 lejn Dubaj, €906 lejn Bali, €681 lejn Beijing, €799 lejn Kuala Lumpur, €694 lejn Mumbaj, €658 lejn Delhi, €721 lejn Shanghai, €865 lejn Ħong Kong, €851 lejn Ho Chi Minh City, €940 lejn Manila, €772 lejn Bangkok, €764 lejn Singapor, €961 lejn Mauritius, €805 lejn Seoul, €853 lejn Tokjo, €1,339 lejn Melbourne u €1,347 lejn Sydney.

Il-promozzjoni speċjali tinkludi destinazzjonijiet oħra bħal Akkra, Auckland, Cape Town, Christchurch, Doha, Ħanoj, Ġakarta, Johannesburg, il-Kuwajt, Male u Phnom Penh.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw sat-30 ta’ April 2017, u d-data tat-tluq trid tkun sat-28 ta’ Frar 2018. Ħlas ta’ €20 japplika għal dati ta’ tluq li jaqgħu nhar ta’ Ġimgħa u Sibt. F’ċerti dati, l-offerta ma tapplikax (black out periods). Termini u kundizzjonijiet oħra japplikaw.

Emirates topera titjiriet skedati kuljum bejn Malta u Dubaj bl-ajruplan Boeing 777-300ER. Il-vjaġġaturi jistgħu jibbenefikaw mis-servizz u ospitalità li rebħu għadd ta’ unuri. Filwaqt li dawn huma offruti minn ekwipaġġ multinazzjonali, il-passiġġieri jistgħu jgawdu minn xorb u ikel gourmet.

Emirates toffri ukoll ’il fuq minn 2,500 stazzjon ta’ divertiment awjdo-viżiv on-demand fuq is-sistema ice. L-istazzjonijiet jinkludu l-aktar films riċenti, mużika u logħob diġitali.

Il-vjaġġaturi jgawdu minn baggage allowance ġeneruża tal-Emirates li tippermetti sa 35 kilo għall-Klassi tal-Ekonomija.

Il-biljetti jistgħu jkunu bbukkjati onlajn fuq is-sit www.emirates.com/mt; mill-aġenti rispettivi tal-ivvjaġġar jew mill-Uffiċċju tal-Bejgħ tal-Emirates fis-Sala tat-Tluq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fuq in-numru tat-telefon: 2557 7255.

More in Kummer?jali