Is-servizz popolari tal-messaġġ WhatsApp waqaf għal ħin twil mis-servizz li joffri madwar l-Ewropa.
Jidher li l-WhatsApp, li hija kumpanija ohra tal-Facebook, irreġistrat ħsarat fil-punent tal-Ewropa u f’pajjiżi oħra fl-Ażja fosthom l-Indja u l-Vjetnam.
Mhux magħruf x’wassal għal waqfien tas-servizz hekk kif WhatsApp u Facebook baqgħu ma tawx raġuni uffiċjali.
Jammontaw għal aktar minn biljun, il-persuni li jagħmlu użu mill-WhatsApp kuljum.