Coca-Cola tiċċelebra l-Malta
Tliet fliexken tal-Coca Cola biex titfakkar Malta u l-Valletta 2018
More in Kummer?jali
Tliet fliexken tal-Coca Cola biex titfakkar Malta u l-Valletta 2018
Il-Kumpanija Coca-Cola qiegħda tiċċelebra l-Malta u l-fatt li l-Belt Valletta qiegħda tiġi onorata bit-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura billi tiddedika tliet fliexken tal- Coca-Cola li ġew ispirati mill-kultura u l-istorja rikka tal-Belt u l-Gżejjer Maltin u ddiżinjati mill-artista żgħażugħa Maria Graziella Zammit.
Il-Kumpanija Coca-Cola permezz tal-bottiljatur lokali tagħha GSD Marketing Ltd ingħaqdet ma 'l-MCAST Institute of Creative Arts u talbet lill-istudenti sabiex jiżviluppaw kunċett li jiċċelebra l-Belt u t-titlu prestiġjuż ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Minn aktar minn 200 sottomissjoni, l-kunċett ippreżentat minn Maria Graziella Zammit ġie magħżul u żviluppat sabiex jiġu prodotti dawn it-tliet fliexken.
Id-disinni artistiċi ta’ dawn il-fliexken ġew ispirati minn dettalji dekorattivi li jinstabu f'xi wħud mill-aktar binjiet storiċi fil-Belt Valletta. Speċifikament id-disinji inkorporati fis-saqaf majestuż u l-gallariji tat- Teatru Manoel, l-armerija u l-pitturi li jinstabu fl-iswali tal-Palazz tal-Granmastru. Ispirazzjonijiet oħra kienu l-gallariji tradizzjonali Maltin u l-orizzont tal-Belt Valletta, speċjalment il-kampnar ikoniku tal-Katidral Anglikan ta’ San Pawl.
"Aħna kburin li nippreżentaw lill-klijenti tagħna dan il-proġett li jippromwovi l-kultura u l-istorja rikka tagħna. Huwa unur kbir li matul is-sena fejn il-belt kapitali tagħna qed tiġi onorata bit-titlu Kapitali Ewropea tal-Kultura, postijiet familjari storiċi fil-Belt jidhru fuq flixkun tal-Coca-Cola li hija waħda mill-ikbar ditti fid-dinja. Dan il-proġett huwa msaħħaħ aktar bil-fatt li d-disinji saru minn artista żgħażugħa Maltija'' qal Maria Micallef, CEO ta’ GSD Marketing Ltd.
Dawn il-fliexken tal- Coca-Cola se jkunu disponibbli fil-ħwienet ta' souvenir, f'kafetteriji u ristoranti lokali.