Il-Kumpanija Coca-Cola qiegħda tiċċelebra l-Malta billi għat-tieni sena konsekuttiva qiegħdha tiddedika zewġt ifliexken tal- Coca-Cola li ġew ispirati mill-kultura u l-istorja rikka tal-Gżejjer Maltin.
L-elementi artistiċi li jinsabu fuq dawn il-fliexken ġew ispirati minn binjiet kif ukoll simboli popolari Maltin u avvenimenti tradizzjonali li jenfasizzaw il-ġid kulturali ta' Malta. Fosthom insibu il-Berġa ta’ Kastillja, il-funtana sabiħa tat- Tritoni, il-bieb medjevali ta' l-Imdina, l-gardjola, ix-xarabank tradizzjonali Malti, il-luzzu, il- Valletta waterfront, ir-regatta u n-nar ta’ l-ajru spettakolari li huwa sinonimu mal-festi tagħna.
Din is- sena id-disinn ġie kreat mil-artist grafiku Malti Emmanuel Bonnici, li beda proprju l-karriera tiegħu mal-kumpanija GSD Marketing Ltd u llum l-ġurnata waqqaf kumpanija tal-arti grafika ġewwa Londra.
" Huwa ta’ prestiġju kbir li l-Kumpanija tal-Coca-Cola li hija waħda mill-aktar ditti rinomati fid-dinja, għazlet li tiċċelebra il-wirt storiku tagħhna, billi postijiet u avvenimenti tradizzjonali li huma tant għeziez għalina l-Maltin jidhru fuq il- fliexken tagħha. Dan il-proġett huwa xhieda ta’ l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu mal-komunità lokali fuq livelli varjati u nippromwovu aktar il-wirt kulturali ta’ pajjiżna ‘’qalet Maria Micallef, CEO ta’ GSD Marketing Ltd.
Parti mill-profitti mill-bejgħ ta’ dawn il-fliexken se jkunu qiegħdin jinataw il- Heritage Malta sabiex jintużaw għal proġett ta’ restawr ta’ sit storiku ġewwa pajjiżna.