Dritt ġdid għall-persuni li jiġu arrestati

Owen Bonnici daħħal fis-seħħ, permezz ta’ avviż legali, dritt ġdid u importanti favur il-persuna li tkun arrestata fi proċeduri kriminali – id-dritt għad-disclosure.

Id-dritt għad-disclosure huwa d-dritt li permezz tiegħu suspettat jew akkużat ikollu aċċess għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali.
B’dan il-mod l-akkużat jew suspettat ikun f’pożizzjoni aħjar li jikkontesta b’mod effettiv il-leġittimità tal-arrest jew id-detenzjoni, u jkollu aċċess għal kull materjal ta’ evidenza fil-pussess tal-Pulizija, kemm jekk favur jew kontra l-imsemmija persuna suspettata jew l-akkużat, jew lill-avukati tiegħu sabiex tkun salvagwardjata l-ġustizzja tal-proċedimenti u li jipprepara d-difiża tiegħu.
Dan id-dritt se jippermetti persuni suspettati jew akkużati li jippreparaw d-difiża tagħhom bl-aħjar manjiera u se jwassal għal proċeduri aktar spediti u effiċjenti.

More in Politika