Il-binja kienet inbdiet fl-2011 fejn kien hemm il-fabbrika ta’ Yorkie, fuq medda ta’ art ta’ 10,000 metri kwadri. Il-proġett kellu jiswa ftit miljuni imma qed jingħad ser jiġi jiswa xi miljuni aktar milli previst.
Parti mid-diskussjonijiet jinkludu li l-kuntrattur jitħallas bi tpartit u jingħata ċ-ċans jibni supermarket, ikollu parkeġġ u ċentru ta’ konferenza fuq is-sit.
Dak iż-żmien b’ħafna pompa u flimkien ma’ Alan Camilleri, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech kien qal li l-Life Sciences kien ser ikun ċentru għar-riċerka xjentifika.
Iċ-ċermen Alan Camilleri kien ftaħar li l-Malta Enterprise kienu ser iniedu Bio Malta Foundation biex jidderieġu l-viżjoni u d-direzzjoni strateġika ta’ dan il-proġett.
Dan kien diġà interpretat bħala ‘white elephant’ ieħor tal-gvern u paroli fil-vojt u infatti ftit xhur ilu din il-fondazzjoni tista’ tgħid ġiet ikkunsidrata bħala ħela ta’ ħin wara li ċ-ċermen tal-Fondazzjoni Professur Sir Christopher Evans spiċċa mill-kariga wara intervent mill-Malta Enterprise.
Bħalissa l-Gvern jidher li qed jieħu l-attitudni li ‘overruns’ minn kuntratturi privati ma jiġux ittollerati.
Il-kuntrattur ta’ dan il-proġett jidher li hu Żaren Vassallo.