Varata l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżu għal Kulħadd mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo. Fit-tnedija Bartolo, saħaq fuq l-importanza li wieħed ikollu l-kompetenzi u l-ħiliet biex jgħix ħajja mimlija. Hu qal li l-istrateġija tippromwovi l-kunċett tal-bilingwiżmu u tisħaq fuq iżjed ħin għal qari fil-klassijiet.
L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd titkellem kemm fuq l-edukazzjoni tul il-ħajja kif ukoll fuq l-edukazzjoni fil-firxa wiesgħa tagħha. Fiha hemm miżuri għall-Ewwel Snin, is-Snin Bikrin, il-Primarja, is-Sekondarja, iż-Żgħażagħ, l-Adulti, il-persuni li jkollhom Diżabiltajiet u Diffikultajiet biex jitgħallmu, l-individwi minn Pajjiżi Terzi u l-Litteriżmu Diġitali. B’mod partikolari l-Istrateġija tiffoka fuq l-Ewwel Snin u s-Snin Bikrin, u s-sehem kbir li għandhom il-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal fl-iżvilupp tal-litteriżmu.
Kopja tad-dokument jista’ jitniżżel mis-sit www.education.gov.mt/literacy