“Prim Ministru li jinqabad f’gidba jkollu jirriżenja”
minn Staff Reporter

Il-każ ta’ Cyrus Engerer li ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża wara li nstab ħati mill-Qorti tal-Appell, immarka l-iktar punt baxx li waqa’ fih il-Gvern ta’ Joseph Muscat. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta lbieraħ kien intervistat minn Mark Anthony Sammut fuq Radio 101.
Busuttil żied jgħid li mill-każ ta’ Engerer ħarġet l-ipokrezija tal-Prim Ministru li fil-każ tal-eks deputat mexxej Laburista, Anġlu Farrugia, talbu jirriżenja wara li dan għamel kritika fuq il-ġudikatura imma issa l-istess l-Prim Ministru kkritika lill-Imħallef u lil Qorti tal-Appell għax ma qabilx mas-sentenza ta’ Cyrus Engerer.
Il-Kap Nazzjonalista insista li l-Oppożizzjoni qed toħroġ bl-ideat u qed tkun kostruttiva u tipproponi liġijiet biex Malta tkun aħjar. Fost dawn hemm l-emenda għall-Cross Border Health Directive. Liġi li tgħid li meta xi ħadd ikun fuq lista ta’ stennija u jkun ilu jistenna għal operazzjoni b’detriment għal saħħtu, minflok wieħed imur fl-isptar f’Malta, ikun jista’ jmur fi sptar ieħor fl-UE. Permezz tal-emenda mressqa mill-Oppożizzjoni, pazjent se jkun jista’ jagħmel operazzjoni fi sptar privat f’Malta stess.
Busuttil semma wkoll li din il-ġimgħa l-ogħla esponti tal-Gvern fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat inqabdu fi tliet gidbiet. Hu qal li l-maskra li poġġa quddiemu Joseph Muscat qabel l-elezzjoni, illum qed taqa’. Il-Kap tal-PN qal li dan mhux Gvern mibni fuq il-valuri u li kieku qegħdin f’pajjiż ieħor, Prim Ministru li jinqabad f’gibda jkollu jirriżenja.
Busuttil fakkar ukoll li fil-Parlament nhar l-Erbgħa, il-Ministru Owen Bonnici qal li mhux se jiġi ppubblikat il-kuntratt ma’ Henley & Partners minħabba każ fil-Qorti. Imma l-kuntratt ta’ Henley & Partners mhux veru qiegħed il-Qorti, żied jgħid Busuttil.
Insista li din il-kumpanija li se tbigħ iċ-ċittadinanza Maltija bi dħul ta’ €200 miljun imma l-Gvern ma jridx jippubblika l-kuntratt. F’pajjiżi oħra saru allegazzjonijiet li din il-kumpanija ffinanzjat kampanji elettorali ta’ xi partiti. Hu qal li fin-nofs hemm ħabi kbir u fuq kollox hemm il-gidba tal-Prim Ministru u ta’ Ministru.
Meta rrefera għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Kap Nazzjonalista qal li l-poplu jmur aħjar jekk il-PN itella’ t-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew. Żied li d-Deputati Nazzjonalisti dejjem ħadmu favur il-pajjiż u dejjem kienu l-vuċi u t-tarka tal-poplu Malti u Għawdxi.
Dwar il-kandidatura ta’ Jean Claude Juncker għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea, Busuttil qal li dan jaf sewwa lil Malta u l-fatt li hu stess ġej minn pajjiż żgħir jifhem il-problemi ta’ pajjiżna. Busuttil temm jgħid li Juncker hu bniedem konvint favur l-Ewropa u li l-istħarriġ juri li bħalissa l-PPE u s-Soċjalisti huma ras imb ras. Dan juri li anke siġġu wieħed jista’ jħoll u jorbot min ikun il-President tal-Kummissjoni Ewropea u għalhekk hu importanti li l-Partit Nazzjonalista jtella’ t-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew.