Cuschieri ġie mitlub jerġa’ jikkontesta

Ġlied bejn l-aħwa Cuschieri

Cuschieri huwa magħruf bħala campaigner tajjeb iżda mhux mistenni li jiġi elett
Cuschieri huwa magħruf bħala campaigner tajjeb iżda mhux mistenni li jiġi elett
Manwel Cuschieri ilu sitt xhur ma jkellem lil ħuh
Manwel Cuschieri ilu sitt xhur ma jkellem lil ħuh

Wara d-deċiżjoni tiegħu, Joe Cuschieri ġie mitlub jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu mill-partit u aċċetta li jerġa’ jitfa’ l-kandidatura tiegħu.
Diriġenti għolja tal-partit talbuh biex jikkunsidra għax huma mħassba li ħafna Laburisti mhux bi ħsiebhom joħorġu jivvutaw.
Infatti stħarriġ mill-gazzetta MaltaToday juri li 75% biss tal-Laburisti qalu li ser joħorġu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Manwel Cuschieri li jiġi ħu Joe Cuschieri qed jattakka lil ħuh fuq Facebook.
Manwel Cuschieri jidher li hu mweġġa’ għall-mod kif ħuh ittratta l-każ ta’ missieru li mid-dehra jinsab f’dar tal-anzjani. Imma jidher li l-istorja ma waqfitx hawn. Safrattant fuq Facebook għamel referenzi ċari kontra ħuh u mhux hekk biss, qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Alfred Sant minflok ta’ ħuh.
Joseph Cuschieri kien tkellem ma’ Ivan Bartolo fuq programm fuq Xejk u qal li l-partit ma kienx qed jappoġġjah u qal fil-pubbliku li ma kienx ser joħroġ għall-elezzjonijiet tal-Ewropa.
Fl-istħarriġ tal-MaltaToday jidher li Cuschieri ma għandux ċans jiġi elett.

More in Politika