Marlene Mizzi, ir-relatur tas-Soċjalisti Ewropej
Ċittadini tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu jafu d-drittijiet tagħhom - Marlene Mizzi
More in Politika
Ċittadini tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu jafu d-drittijiet tagħhom - Marlene Mizzi
“Huwa dejjem unur li tinħatar bħala relatur mill-grupp politiku tiegħek, b’mod partikolari fuq kwistjoni daqshekk important għaċ-ċittadini tagħna. L-Ombudsman Ewropew huwa l-għassies ta’ amministrazzjoni tajba, billi jagħmel ċert li l-istuzzjonijet tal-Unjoni Ewropea jaħdmu tajjeb u jirrispettaw d-drittijiet taċ-ċittadini. Bħala Rapporteur, ser nagħmel l-almu tiegħi biex nizgura li t-tħassib u l-ilmenti taċ-ċittadini jkunu kompletament integrati fil-ħidma tal-Ombudsman Ewropew u tal-istituzzjonijiet Ewropej kollha” qalet l-Ewroparlamentari Marlene Mizzi hekk kif ġiet maħtura mill-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi bħala rapporteur u kelliema fuq ir-rapport tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet dwar l-attivitajiet annwali tal-Ombudsman Ewropew.
Dan huwa l-ewwel inkarigu uffiċjali mogħti lil Marlene Mizzi mill-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2014, iżda hi diġa’ kellha esperjenza vasta ta’ bosta rapporti matul il-leġizlatura li għaddiet.
Kull sena l-Ombudsman Ewropew iżid s-setgħat ta’ supervizjoni tiegħu u jevalwa l-każijiet ta’ amministrazzjoni ħazina fis-sena ta’ qabel, fuq liema bażi, imbagħad, l-Ombudsman jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex titejjeb il-fiduċja taċ-ċittadini fis-servizz ċivil ital-Unjoni Ewropea. Fir-Rapport Annwali għas-sena 2013, l-Ombudsman Ewropew enfasizza l-importanza tat-trasparenza, l-kunflitt ta’ interessi, l-parteċipazzjoni taċ-ċitaddini fil-proċess tat-teħid tad-deciżjonijiet tal-Unjoni Ewropea u d-drittijiet fundamentali bħala t-tħassib bażiku għaċ-ċittadini Ewropej.
Mizzi temmet tghid li l-irwol tal-Ombudsman Ewropew huwa essenzjali biex tintrebaħ lura l-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew. “Ċittadini tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu jafu d-drittijiet tagħhom u kif għandhom jużawhom. Dan, fil-fatt huwa l-iktar xogħol importanti tal-Ombudsman; li jtejjeb il-viżibilità u l-komunikazzjoni maċ-ċittadini Ewropej, sabiex ikunu jistgħu jużaw d-drittijiet tagħhom bl-aktar mod effiċjenti”.