Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kaċċa Roderick Galdes f’dibattitu pubbliku dwar il-kaċċa fl-Università stqarr li l-problema tal-kaċċa ġejja mill-mezzi tax-xandir. Huwa mifhum li dan il-kumment dejjaq mhux ftit lil Kastilja li qed jagħmlu minn kollox biex ma jikkonfrontawx il-mezzi tax-xandir.
Il-kumment ta’ Galdes, ġie wara li tliet gazzetti l-MaltaToday, is-Sunday Times u l-Independent ħadu pożizzjoni komuni favur ir-referendum tal-kaċċa.
Din il-pożizzjoni dejqet mhux ħażin il-komunità tal-kaċċaturi.
Matul ix-xahar ta’ Settembru kien hemm massakru sħiħ ta’ tajr protett li kien wassal biex il-Prim Ministru jiddeċiedi li jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa sal-10 ta’ Ottubru.
Miżura li ġabet l-istmerrija tal-kaċċaturi u kif ukoll taċ-ċermen appuntat mill-Gvern, Mark Anthony Falzon.