[FILMAT] Nilqgħukom f'illum.com.mt

L-Editur Maniġerjali Saviour Balzan jilqagħkom f'illum.com.mt

Nilqgħukom
Nilqgħukom

Is-sit tal-aħbarijiet illum.com.mt għadu kif ġie mniedi. Is-sit tkopri stejjer bil-Malti li jkunu dehru fil-ħarġa ppubblikata nhar ta’ Ħadd tal-Illum. L-Editur Maniġerjali stqarr li l-introduzzjoni ta’ sit elettroniku kienet inevitabbli.

L-Illum issa ilha magħna għal dawn l-aħħar tmien snin, għamlet passi kbar u tiġbed lejha qarrejja diversi. Kienet il-gazzetta li mliet il-lakuni vojta fil-ġurnliżmu newtrali bil-Malti.

Dan huwa żmien sabiħ għall-kumpanija MediaToday, is-sit tal-MaltaToday huwa t-tieni l-iktar sit popolari f’pajjiżna waqt li għadna kif nedejna wkoll is-sit www.gourmettoday.recipes. Nemmnu li qed noffru prodott mill-aqwa lis-segwaċi tagħna.

Mistoqsi jekk dan is-sit hux se joħloq kompetizzjoni għas-sit tal-MaltaToday, Balzan wieġeb “Le, Illum dejjem kellha direzzjoni differenti, tim totalment separati minn tal-MaltaToday u udjenza differenti. Is-sit se jkun qed iżomm l-istess prinċipji.

“Se nkunu qed niffukaw fuq stejjer soċjali, zekzik u nintroduċu s-satira qalb il-Maltin b’mod speċjali dawk li jużaw il-Malti biex jikkomunikaw fil-ħajja ta’ kuljum.

Is-sit qed joffri wkoll l-opportunità li tagħmel sottoskrizzjoni għall-verżjoni diġitali tal-gazzetta.

More in Politika