Ikomplu d-diskussjonijiet bejn l-Enemalta, Electrogas Malta u Shanghai Electric Power

Id-diskussjonijiet bejn l-Enemalta, Electrogas Malta u Shanghai Electric Power, komplew illum waqt żjara f’Delimara

Il-membri tas-Shanghai Electric Power, flimkien mal-Ministru għall-Enerġija u l-amministrazzjoni tal-Enemalta
Il-membri tas-Shanghai Electric Power, flimkien mal-Ministru għall-Enerġija u l-amministrazzjoni tal-Enemalta

Id-diskussjonijiet bejn l-Enemalta, Electrogas Malta u Shanghai Electric Power, komplew illum waqt żjara f’Delimara.
 
F’din iż-żjara, li għaliha kien preżenti l-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi, ġew diskussa d-diversi aspetti tal-ħidma li qed issir bejn l-Enemalta, Electrogas Malta u x-Shanghai Electric Power.
 
L-amministrazzjoni tal-Enemalta, ir-rappreżentanti ta’ Electrogas Malta u rappreżentanti ta’ Shangai Electric Power żaru x-xogħlijiet li qed isiru b’rabta mal-proġett tal-gass kif ukoll l-impjant tal-BWSC.
 
Aktar tard il-membri tax-Shanghai Electric Power, flimkien mal-Ministru għall-Enerġija u l-amministrazzjoni tal-Enemalta, żaru wkoll l-impjant tal-Marsa.
 

More in Politika