“M’aħniex nieħdu l-Ebola bis-serjetà biżżejjed”

F'intervista esklussiva mal-ILLUM, Frank Portelli jgħid li l-pajjiż mhux lest f’każ ta’ emerġenza
 

Frank Portelli jwissi li l-pajjiż mhux lest f'każ ta' Ebola
Frank Portelli jwissi li l-pajjiż mhux lest f'każ ta' Ebola

Il-kirurgu u opinjonista Frank Portelli f’kumment esklussiv li taha lill-ILLUM qal li jinsab inkwetat li l-marda tal-Ebola f’pajjiżna mhux qed tittieħed bis-serjetà. Frank Portelli jinsab ukoll preokkupat li l-Gvern mhux preparat biżżejjed f’każ ta’ xi każ tal-Ebola li nsibu ma’ wiċċna, fejn jekk jiġri dan skont Frank Portelli jkisser l-ekonomija kollha Maltija għax l-ebda turist ma jersaq lejn pajjiżna.

“Malta mhux tieħu l-Ebola bis-serjetà biżżejjed meta l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed twissi lil pajjiżi kollha li din hi realtà li rridu nilqgħu għaliha” qal il-kirurgu Frank Portelli.

“Kienet stqarrija żbaljata min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa li jgħid li r-riskju hu remot u jgħid li diffiċli tittieħed. Dan mhux vera. Ir-riskju mhux remot u dan il-virus jista’ jiġi fuq xi titjira kif daħlet f’pajjiżi oħra.”

Frank Portelli jgħid li l-aktar fir-riskju huma l-infermiera u t-tobba li jikkuraw nies infettati bl-Ebola. “Dawn għandhom bżonn l-aqwa ħwejjeġ protettivi. Fejn ma jidhirx li aħna preparati. Tant li dan l-aħħar daħal pazjent li kien hemm biża’ li kien infettat bl-Ebola u fil-fatt kienet malarja. Li hu inkwetanti kien li l-ambulanza li daħlet lil dan il-pazjent l-isptar (li seta’ kellu l-Ebola), telqet tiġbor pazjent ieħor mingħajr ma ġiet diżinfettata. Allaħares il-pazjent kellu tassew l-Ebola għax kien jeħodha ta’ warajh.”

Aqra iktar fl-intervista ma' Frank Portelli fl-ILLUM.

More in Politika