Din il-gazzetta tkellmet ma’ Dr Marc Sant, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fejn sirna nafu aktar dwar il-proposti li l-assoċjazzjoni qed tressaq għall-baġit 2015.
Mitlub jikkummenta dwar l-20 proposta li qed tressaq l-assoċjazzjoni, Marc Sant qal li l-proposti tfasslu bil-għan li nagħmlu l-gżejjer Maltin pajjiż isbaħ, aħjar u aktar dixxiplinat u organizzat, sew għalina li ngħixu fih kif ukoll għat-turisti li jiġu jżuruna. “Il-ħsieb tad-dokument huwa li minflok qed ngħidu l-kunsilli x’iridu, qed nipproponu affarijiet li jistgħu jsiru u li jkollhom effett dirett jew indirett fuq il-kunsilli.”
Intant, dawn huma l-20 proposta li qed tressaq l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Indafa u vandaliżmu
Kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet edukattivi
Lokalitajiet isbaħ u aktar aċċessibbli
Għajnuna lill-għaqdiet
Proposta dwar liċenzji tal-garaxxijiet
Turiżmu mifrux aktar
Turiżmu intern
Fondi għal riċerka
Mezzi ta’ trasport alternattiv
Postijiet mitluqa
Sigurtà fit-toroq
Żgombru fit-toroq
Tqassim ta’ materjal promozzjonali
Koordinament aħjar mal-awtoritajiet ċentrali
Saħħa u ħajja attiva
Postijiet ta’ divertiment
Proġetti favur l-ambjent
Park fiċ-ċentru ta’ Malta
2015 – sena favur sens ċiviku akbar fost il-Maltin
Proċess ta’ integrazzjoni