Dan għamlu waqt riċeviment li sar waqt il-kungress Nazzjonali tal-partit Laburista bit-tema Għawdex: Prijorità. Kungress li qed isir Għawdex l-ewwel darba minn meta l-partit Laburista jinsab fil-gvern. Il-Prim Ministru li kien qed jindirizza attivisti u kunsilliera Laburisti flimkien ma' għaqdiet Għawdxin li kienu mistiedna għal dan il-kungress qal li hu kuntent ħafna b'dak li qed isir Għawdex fejn ħabbar ukoll li dis-sena se tintmiss iċ-ċifra ta' miljun persuna li kellhom iljieli ġewwa Għawdex. Qal ukoll li t-turiżmu f'Għawdex żdied b'7% u nies li qassmu lejn Għawdex ukoll żdied b'6.9%.
Il-Prim Ministru Malti qal ukoll li l-industrija tal-films qed tagħmel ġid kbir fil-gżira Għawdxija u qed tinħema iżjed ħidma f'dan ir-rigward. Sadattant hu qal li ħa jitkellem iżjed dwar dak li qed isir għal Għawdex waqt id-diskors uffiċċjali li se jagħmel il-Ħadd filgħodu fl-għeluq ta' dan il-kungress Laburista li qed isir fil-lukanda The Grand, l-Imġarr Għawdex.