Int tridni nirriżenja u jien irridek tibqa' hemm - Il-Prim Ministru

Waqt dibattitu jaħraq fil-parlament fuq l-enerġija l-kap Nazzjonalista talab għar-riżenja tal-Prim Ministru

Tridni nirriżenja iżda jien irridek tibqa
Tridni nirriżenja iżda jien irridek tibqa

F'seduta taħraq li ħadet 4 sigħat u nofs dwar wegħda tal-gvern li saret qabel l-elezzjoni li l-power station tal-gass kellha titlesta sa Marzu li ġej, il-kap tal-oppożizzjoni saħaq li l-prim ministru kellu jitfa r-riżenja tiegħu għax ma żammx kelmtu. Dan skont il-kap tal-oppożizzjoni minħabba l-fatt li l-prim ministru kien qal li jerfa' r-responsabilita jekk din ma titlestiex fil-ħin. U issa skont Simon Busuttil, il-prim ministru qed jgħid li mhux se tkun lesta. 

Il-Prim Ministru min-naħa l-oħra wieġeb li hu qatt ma qal hekk iżda kien wiegħed li jerfa r-responsabilita, li jiriżenja jekk ħadd ma jwieġeb għall-espressjoni ta' interess biex jinbena impjant ġdid. "Anke f'riċerka sempliċi fallejt." HJu kompla jikkritika id-diskors tal-Kap tal-oppożizzjoni li uża diskors li mhux dehen għal Parlament. Fl-istess ħin staqsa ta xhiex qed jiġi akkużat, "Talli raħħast il-kontijiet minn qalbi li intkom għollejtu bil-qalb? Talli tajt €30 miljun fil-bwiet tal-poplu u se nibqa nagħtihomlu kull sena? Talli salvajt l-Enemalta? Illum qed niddiskutu garanzija għal ħaddiema tal-EneMalta."

Il-Kap tal-opppożizzjoni qal li laburist ħabib tiegħu qabbel lil prim ministru ma' mastrudaxxa li wiegħed lil bintu li jlestllha l-kċina sal-ġurnata tat-tieġ u baqa ma lestihiliex. U dan ma baqax jafda lil mastrudaxxa għax bħal Joseph il-kelma tiegħu ma tiswa xejn.

Il-prim ministru wieġbu li jekk hu mastrudaxxa il-kap tal-oppożizzjoni skarpan bl-argumenti li ħareġ bihom. Semmielu wkoll fejn il-Partit nazzjonalista kien wiegħed lil poplu li jagħlaq il-power station tal-Marsa 10 snin ilu.

Id-deputat Laburista Marlene Farrugia talbet lil Gvern biex jirrispetta lil poplu u jwieġeb il-mistoqsijiet li qed jagħmlu. "għax il-gvern m'għandux jitmejjel bil-poplu."

Sadattant Il-Ministru Konrad Mizzi, qal li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista, il-Ministru George Pullicino ta kuntratt lil kumpanija privata fejn instabu numru ta' irregolaritajiet fil-procurement fejn ingħata dokument minn bank li ma kienx iffirmat.  Il-Ministru qal li għadda l-informazzjoni kollha lill-Pulizija.

Tonio Fenech fakkar kemm id-dibattitu kellhom qabel l-elezzjoni fejn Konrad Mizzi dejjem tenna li fi żmien sentejn il-power station kienet se titlesta żgur, fejn Fenech qal li l-ħlas għat-traħħis tad-dawl ġej minn dak li l-gvern qed jaqla minn fuq il-fuel.

Mizzi tkellem dwar pjan ta' seba snin ma' Xhangai Electric Power filwaqt li l-prezz tal-gas u l-elettriku se jkun iffissat għal ħames snin. Delimara II se jkun operat mill-gasoil u tinxtegħel biss f'każ ta' emerġenza. It-tliet sorsi prinċipali se jkunu l-impjant ta' Siemens li se jinbena mill-Electrogas, il-konverżjoni tal-BWSC għal gas minn Shangai Electric Power u l-Interconnector. Hu temm jgħid li l-power station tal-Marsa se tingħalaq.

Il-mozzjoni tal-gvern li temenda l-mozzjoni tal-oppożizzjoni għaddiet b'35 kontra 29, fejn in-nuqqas ta' Beppe Fenech Adami kien 'paired' mal-perit Karmenu Vella, filwaqt li il-Ministru George Vella, Il-Ministru Louis Grech u Michael Falzon min-naħa tal-gvern kienu assenti.

B'35 vot favur u 29 kontra, il-mozzjoni tal-Gvern biex jemenda l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni kienet approvata.

 

More in Politika