Illum, il-Partit Nazzjonalista ressaq ilment mal-Editur tal-PBS Reno Bugeja dwar il-bulettin tal-aħbarijiet tal-bieraħ filgħaxija.
Il-Partit Nazzjonalista qal li "Huwa ta' għajb li l-istazzjon nazzjonali qed juża tattiċi bħal dawk deskritti fl-ittra mibgħuta lil Bugeja biex jinnewtralizza konferenza tal-aħbarijiet tal-Oppożizzjoni.
Il-Partit Nazzjonalista jittama li l-PBS jieqaf juża l-manipulazzjoni fl-aħbarijiet tiegħu u joffri l-fatti kif suppost lill-poplu Malti u Għawdxi."
L-ittra li ntbagħtet lil Reno Bugeja qed tiġi annessa ma' din l-istqarrija.