Beppe Fenech Adami ħareġ mill-isptar

Id-Deputat Mexxej tal-PN responsabbli mill-Affarijiet tal-Partit ħareġ mill-isptar

Ritratt mill-paġna ta' Simon Busuttil
Ritratt mill-paġna ta' Simon Busuttil

Ftit tal-minuti ilu għadu kif ġie mħabbar li Beppe Fenech Adami ħareġ mill-isptar wara l-intervent li kellu fl-aħħar jiem.

Dan ikkonfermah Jason Azzopardi, deputat Nazzjonalista u kelliem għall-Partit Nazzjonalista għall-Ġustizzja u Intern, permezz ta' tweet ftit tal-minuti ilu. Ikkonfermah ukoll il-Kap tal-PN Simon Busuttil fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook billi tefa' ritratt.

It-tweet ta' Jason Azzopardi
It-tweet ta' Jason Azzopardi

Fir-ritratt jidher li ken hemm mieghu l-Membru Parlamentari Ewropew David Casa.

More in Politika