L-EPP li l-Partit nazzjonalista hu membru tiegħu, se jorganizzaw konvenzjoni straordinarja f'Malta fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2017. Din il-kovenzjoni se ssir f'Malta wara li l-kap tal-oppożizzjoni Simon Busuttil talab li jsir dan waqt laqgħa li kien hemm bejn il-kapijiet tal-partiti tal-EPP li saret fi Brussell.
Fost dawk li mistennija jiġu Malta hemm il-Kanċillier ġermaniż Angela Merkel, il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajov u l-Prim Ministru Grieg Antonis Samaras.
Din hi l-ewwel darba li konvenzjoni fuq din l-iskala se ssir f'Malta u se ssir fl-istess żmien li Malta jkollha l-presidenza tal-ewropa. Simon Busuttil qal li anke mill-oppożizzjoni l-Partit Nazzjonalista hu rispettat fi Brussel u hu kapaċi lio jipperswadi lil ħaddieħor għall-aħjar interess ta' Malta.