Simon Busuttil mhux se jappoġġja lill-George Pullicino jekk jirriżulta li kien hemm korruzzjoni

Sfida mill-kap tal-oppożizzjoni lil Ministru tal-enerġija Konrad Mizzi dwar il-każ ta' George Pullicino

Simon Busuttil sfida lil Konrad Mizzi
Simon Busuttil sfida lil Konrad Mizzi

Il-kap tal-oppożizzjoni Simon Busuttil qal li jekk l-investigazzjonijiet tal-pulizija jistabilixxu li jkun hemm korruzzjoni mill-membru Parlamentari George Pullicino, hu jieħu azzjoni immedjata.

Iżda jekk jirriżulta li m'hemmx każ allura jistenna li l-Ministru Konrad Mizzi li għamel dawn l-alegazzjonijiet jew jirriżenja inkella jitneħħa mill-prim ministru.

Dan id-diskors jidher li kien bħala risposta għad-diskors tal-prim ministru aktar kmieni dalgħodu meta qal li irid jinstab min kien wara l-garanzija bankarja ta' €36 miljun mhix iffirmata. Il-Prim Ministru sejjaħ lil George Pullicino bħala 'Mastro Lindo' meta dan qal li hu nadif daqs il-kabinett kollu laburista.

More in Politika