Suspett ta' frodi wara li garanzija ta' bank ma kinitx iffirmata

Il-pulizija mistennija tibgħat għad-direttur maniġerjali ta' Alberta

George Pullicino iżur bejt mimli pannelli fotovojtaliċi
George Pullicino iżur bejt mimli pannelli fotovojtaliċi

Allegat dokument minn bank Spanjol li kien jiċċertifika u jikkonsolida l-kapital biex jitpoġġew pannelli fotovoltajiċi mill-manifatturi Solarig, inkixef waqt inkjesta li l-Awtorita tas-servizzi finanzjarji (MFSA).

Ittra li l-bank Spanjol ma kienx f'pożizzjoni li jikkonferma l-awtentiċita tiegħu. Din l-ittra kienet preżentata minn Solarig fl-2012 biex tassigura l-offerta ta' €35 miljun biex jiġu nstallati pannelli PV fuq soqfa ta' bini tal-gvern. Iżda wara investigazzjoni mill-awdituri interni u d-dipartiment tal-investigazzjoni tal-Prim Ministru (IAID), il-pulizija se tibda investigazzjoni dwar allegat ta' frodi.

Il-fatt li l-bank Spanjol ma setgħux jivverifikaw l-awtentiċita tad-dokument uniku, wassal għal-suspetti li jista jkun hemm frodi.

L-Illum hu nfurmat li George Barbaro Sant, id-direttur maniġerjali ta' Alberta, is-sieħba tal-offerta mis-Solarig, se jkun fost dawk imsejħa mill-pulizija biex iwieġbu xi mistoqsijiet.

F'ittra lill-MFSA, id-direttur ta' Bankia  Bank Gonsalo Alcubilla, qal lir-regolatur: "Ta' min wieħed isemmi li l-ittra (mingħand Bancaja) mhix iffirmata, mela llura mhux possibbli li nikkonfermaw l-awtentiċita tagħha. Barra dan ta' min jinnota li d-data ta' din l-ittra hi tad-9 ta' Frar, 2012 meta n-negozju ta' din il-bank kien spiċċa b'dak l-isem għax ingħaqad ma' bank ieħor u ismu inbidel għal Bankia, mela qatt ma seta joħroġ ittra b'dak l-isem li ħareġ."

Sadattant l-offerta ingħatat fl-2012 lil Alberta Photovoiltaic Consortium li Solarig kienet parti minnu fejn ittra mill-ministeru tar-riżorsi ikkonfermathom bħala rebbieħa tal-offerta.

Iżda l-iskoperta tal-garanzija bankarja mhux iffirmata qajmet suspetti u mistoqsijiet dwar il-proċess li jwassal għal min rebaħ l-offerta.

Bħala parti mill-investigazzjoni li kienet issemmiet l-ewwel darba mill-Malta Today xhur ilu, l-MFSA kitbu lil bank Bankia fejn talbu l-awtentiċita tad-dokument.

Barbaro Sant, bintu Liz Barbaro Sant minn Alberta Photovoiltaic Consortium u Antoine Busuttil ta' Solarig Overseas Holdings, kollha kienu taw stqarrijiet identiċi lil Malta Today meta ntalbu jikkumentaw dwar dawn l-allegazzjonijiet.

"Aħna ma nixtiqux niġu nvoluti f'dan l-istadju. Mhux se noħorġu l-ebda informazzjoni. Għalissa nippreferu li nħallu l-partiti politiċi jitkellmu"

Il-Minsitru tal-enerġija Konrad Mizzi żvela fil-parlament nhar it-Tnejn ittra li turi l-intenzjoni li l-offerta ġiet aċċettat, iffirmata mis-segretarju permanenti tal-ministeru, Christopher Ciantar, fejn ikkonferma li l-offerta ta' Alberta-Solarig ġiet aċċettata, għal kiri ta' 67,000 metru kwadru ta' bjut u l-bejgħ ta' enerġija ta' 23ċenteżmu għal kull kWh.

Waqt il-programm 'Reporter' ta' nhar it-Tnejn fuq TVM, l-ex ministrui tar-riżorsi, George Pullicino ċaħad li hu qatt kellu x'jaqsam waqt il-proċess ta' din l-offerta, fejn insista li l-kuntratt kien ir-responsabilita tal-awtorita tar-riżorsi, id-dipartiment tal-kuntratti u tal-ministeru tal-finanzi.

Min-naħa l-oħra, Mizzi qed jgħid li Pullicino hu responsabbli għal kuntratt, u tnejn minn tlieta li tefgħu l-offerta ġew esklużi fuq kwistjonijiet amministrattivi u b'hekk Alberta ġew konfermati bħala r-rebbieħa tal-offerta anke jekk kien hemm l-ittra mhux iffirmata ta' Bancaja.

Biex tkompli żżid mal-kontroversja tal-proġett tal-PV kien il-fatt li l-Awtorita tar-Riżorsi approvat tariffa aktar min-normal ta' 23ċenteżmu li l-gvern kien se jħallas lil Solarig, tliet xhur wara li l-ittra ta' intenzjoni intbagħtet lil Konsorzju ta' Alberta f'Settembru 2012.

Il-ftehim imbagħad ġie iffirmat f'Diċembru 2012, meta l-ittra ta' konferma li l-MRA approvat it-tariffa kienet ħarġet fil-5 ta' Diċembru 2012. Normalment l-Enemalta kienet tħallas lil klijenti tagħha 16-il ċenteżmu kull kWh.

L-ittra ta' intenzjoni minn Christopher Ciantar tgħid li ,"kienet intenzjonata biex tikkreja kuntratt li jorbot bejn iż-żewġ partijiet"

B'rejazzjoni ta' dak li qed jistqarr il-gvern, Ciantar qal li oriġinarjament it-tariffa suġġerita minn mid-ditta Big Four kienet ta' 29ċ kull kWh, qabel mal-ministeru tar-riżorsi irivalwa l-prezz tal-panneli li kienu qed jorħsu

"tariffa ta' €0.225 kull unit ingħad li kienet ġusta waqt dawn l-analiżi," qal Ciantar, fejn żied li s-salarji u l-infieq tas-sigurta għal proġett ta' 25 sena ittieħdu bħala konsiderazzjoni.

Minn 15-il applikant għal din l-offerta, ġew magħżula tlieta mill-kumitat ta' aġġudikazzjoni. Sussegwentament id-dipartiment tal-kuntratti ħareġ offerta. "Il-proċess kien immexxi mid-dipartiment tal-kuntratti u mhux mill-ministeru tar-riżorsi. MRRA imxiet mal-istruzzjonijiet tad-dipartiment tal-kuntratti."

Ciantar qal li offerta waħda irċevew għax il-proġett kien innovattiv, ta' riskju sinjifikanti tal-investitur u kif wieħed minn dawk li tefa l-offerta qal li tioġbed wisq lejn il-gvern."

Skont l-offerta mirbuħa il-gvern kien se jħallas €35 miljun għall-pannelli imbagħad jixtri l-elettriku bi 23ċ kull kWh



 

More in Politika