Bħalissa fit-Tuneżija għaddej l-għadd tal-voti fejn kollox qed jindika li l-partit sekulari Nidaa Tunis rebaħ l-akbar ammont ta' siġġijiet filk-parlament u b'hekk rebaħ lil partit Ennahda li hu partit Iżlamiku u li mexxa l-gvern Tuneżin mill-2011. Dan il-Gvern pero xejn ma mexxa l-ekonomija tajjeb u wara tliet snin il-poplu Tuneżin jidher li se jbiddlu.
Dan qed joħroġ minna naliżi li qed siiru madwar il-pajjiż kollu, filwaqt li l-partiti politiċi anke jekk bil-liġi ma jistgħux jgħidu xejn qabel ir-riżultat ikun uffiċċjali, skont il-liġi Tuneżina, qed jaqblu ma' dan l-istħarriġ li qed isir. Fejn qed juri li Nidaa Tunis ġabru 38% kontra l-31% ta' Ennahda.
Ir-riżultat uffiċċjali mistenni joħroġ jumejn oħra anke jekk sal-lejla mistenni li joħroġ ir-riżultat proviżjonali.
Nidaa Tunis hu mmexxi mill-ex Prim Ministru Beji Caid Essebsi li għandu 87 sena li hu magħqud mal-partiti liberali u sekulari biex jiġġieldu l-kaos ta' wara r-rivoluzzjoni taħt l-gvern ta' Ennadha. Huma mexxew kampanja moderna u soċjeta sekulari.