Skont il-Malta Today il-gvern nazzjonalista qabel l-elezzjoni pprova jaħtaf kull vot possibbli meta fl-aħħar jien tal-kampanja kien lest jagħti kumpens ta' €25 miljun lix-shareholders tan-National Bank Of Malta.
Din il-battalja legali ilha sejra mill-1977 u ironikament din l-offerta tal-gvern waslet tliet snin wara li l-istess gvern ipprova jwaqqa l-każ mill-qorti meta l-gvern kien argumenta l-każ bħal dak kellu jiġi mressaq l-qorti sa sentejn, meta l-każ ċivili tressaq il-qorti erba' snin wara li Mintoff ħa f'idejh il-bank.
Skont rappreżentant tax-shareholders Milica Micovic, direttur ta' 67 sena ta' B.Tagliaferro & Sons, l-akbar shareholder tal-Bank, il-ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien, Tonio Fenech ippreżentalhom proposta għal kumpens fit-3 ta' marzu 2013, ħames ijiem qabel il-votazzjoni tal-elezzjoni li għaddiet.dokument kumpless ta' disa paġni
Micovic qalet li Fenech offra lil kumitat tax-shareholders it-Tnejn 3 ta' marzu "b'talba li tiġi tratta urġentament għax il-ministru ried jannunzja fil-pubbliku l-gvern laħaq ftehim max-shareholders tan-National Bank of Malta lejlet l-elezzjoni"
Il-kumitat iltaqa urġentament biex jiddiskuti l-implikazzjonijiet finanzjarji u legali "u anke li morali li nikkunsidraw proposta bħal dik qabel l-elezzjoni" qalet Micovic.
Il-kumitat wieġeb hekk lil Ministru Fenech
"Rajna l-offerta tiegħek. Napprezzaw din l-offerta u nixtiequ nżidu li ilna nippressaw biex nissettiljaw għal snin twal. Naturalment nixtiequ li ngħalqu din il-kwistjoni b'mod sew. L-offerta biex sempliċi forma ta' kumpens lil kulmin għandu jieħu, iżda tuża mekkaniżmu kumpless u li jrid jiġi studjat sew. Għaddejna d-draft tad-dokument li konsulenti legali tagħna u meta jkollna l-pariri meħtieġa inkunu nistgħu niltaqgħu miegħek ħalli niddiskutu ħalli ngħalqu dan il-każ darba għal dejjem wara li tant ilu jiġġebbed."
It-tweġiba ta' Micovic waslet bħala rejazzjoni li fenech għamel fuq il_Malta Today li x-shareholders tal-NBOM irrifjutaw l-offerta li jitħallsu.
"Għandu kull dritt li jkompli jargumenta kontra dan li qed ngħid, iżda wara dan kollu hemm dokumenti u xhiedha. Wara 25 sena fil-gvern il-Gvern Nazzjonalista għażel li jagħmel proposta bil-miktub ħamest ijiem qabel l-elezzjoni meta kien tant ovvju li se jitilfu l-poter."
Micovic semmiet l-ironija ta' Tonio Fenech wara li kien gvern Laburista ta' Mintoff tal-1970 li ħoloq din l-inġustizzja u issa se jkun hu li jħallas lura flushom. Micovic semmiet wkoll l-ironija li l-istes gvern li pprova jagħtihom il-kumpens lejlet elezzjoni kien l-istess wieħed li tliet snin qabel ipprova jwaqqgħalom il-każ.