Polidano b’ċertifikat għall-effiċjenza ambjentali

"Ma tiħux ċertifikat għax tħallas għalih"

Charles Polidano
Charles Polidano

Forsi diffiċli biex temmen imma l-kumpanija Polidano Group of Companies ġiet ċertifikata bl-ISOI14001 mill-BSI, kumpanija Ingliża li tiċċertifika kumpaniji.  Polidano Group of Companies kienet fil-mira ta’ ħafna kritika minħabba żvilupp illegali. Iżda dan iċ-ċertifikat se jikkontribwixxi biex il-kumpanija tipprova tirbaħ ġieħha.

Biex tieħu dan iċ-ċertifikat irid ikollok livelli għoljin fir-riċiklaġġ tal-ilma, skart u materjal, kif ukoll livelli ta’ storbju li jirrispettaw id-direttivi tal-Unjoni Ewropea.  

Il-kumpanija Polidano ġiet imwaqqfa fl-1987u timpjega mijiet ta’ ħaddiema u hija l-ewwel kumpanija tal-kostruzzjoni f’Malta li rebħet dan iċ-ċertifikat.

F’kumment li ta Colin Rushmere, f’isem il-BSI hu qal li hemm protokoll diffiċli permezz ta’ rapporti ta’ kull xahrejn, audits interni u spezzjonijiet fuq il-post. “Ma tiħux iċ-ċertifikat għax tħallas għalih,” qal Rushmere.

More in Politika