Stqarrija ffirmata miċ-chairperson, Maria Micallef u mis-CEO Philip Micallef tgħid li l-kummenti li ċ-chairperson waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Air Malta tal-bieraħ qatt ma rreferew li hemm indħil tal-gvern. Dak mhux il-każ u fil-fatt skont l-istqarrija dan kienet qalitu f'intervisti oħra mal-mezzi tax-xandir. Il-kummenti kienu intiżi li jiżguraw li l-linja nazzjonali għandha l-appoġġ ta' kulħadd, sew tal-gvern kif ukoll tal-oppożizzjoni. Dak li jħallu lil bord u lil maniġment jiffoka li jġib lil-linja nazzjonali lura fuq saqajha, u mhux li tipoliċitiżża s-sitwazzjoni. Il-Bord u l-maniġment jibqgħu kommessi li jilħqu l-miri tagħhom li jaqilbu l-linja li ma tkomplix tagħmel telf sal-2016.