Żewġ ittri, waħda mid-dipartiment tal-kuntratti u l-oħra mill-awtorita tar-riżorsi qed jgħidu li huma ma kellhomx x'jaqsmu mal-għoti tal-kuntratt lill-Alberta, kuntratt li kien ifisser €35 miljun bie xjitpoġġew pġannelli fotovoitaici fuq bini tal-gvern. Iż-żewġ awtoritajiet qed jippuntaw subgħajhom lejn il-ministeru mmexxi minn George Pullicino.
L-ewwel ittra iffirmata mid-direttur Ġenerali tad-dipartiment tal-kuntratti Anthony Cachia tgħid li minn stħarriġ li sar b'mod dettaljat, ħareġ b'mod ċar li l-bord fl-ebda ħin ma kien involut la fl-għoti, la fl-evalwazzjoni, la fl-aġġudikazzjoni la fil-kjarifikazzjoni u x-'short listing' ta' min tefa l-offerti waqt il-proċess. Id-dipartiment tal-kuntratti kien biss involut biex ħareġ id-dokument tal-offerta u wara l-approvazzjoni tal-membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni. Ir-rapport ta' evalwazzjoni kien datat fil-25 vta' Ġunju 2012 ġie diskuss mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti u approvat kif rakkomandat mill-kumitat ta' evalwazzjoni bie xjingġata l-kuntratt lil Alberta Photovoiltaic Consortium, li kien l-uniku wieħed li tefa l-offerta (meta id-dokument tal-offerta kien ħareġ għal tlieta li tefgħu l-offerta).
Is-Sur Cachia qal ukoll li s-segretarju permanenti tal-MRRA Dr Chris Ciantar talab lid-DG tal-kuntratti biex jiddelegah biex jiffirma l-ittra tal-għoti tal-kuntratt u fil-fatt fil-5 ta' Settembru Chris Ciantar ħareġ din l-ittra.
Cachia qal ukoll li d-dipartiment irċieva l-kopja tal-ftehim li kien sar bejn iż-żewġ partijiet fis-7 ta' Diċembru, xahrejn wara eżatt fis-27 ta' Frar 2013. Hu temm jikteb li l-imaniġġjar tal-proċess kollu kien kollu mill-MRRA (Ministeru tal-affarijiet rurali u Risorsi).
Fit-tieni ittra mill-MRA, is-Sur Anthony Rizzo il-kap eżekuttiv tal-Awtorita tar-riżorsi qal li skont il-minuti juru biċ-ċar li kien il-ministeru responsabbli għall-għoti ta' dan il-kuntratt. tant li meta dan il-kuntratt ġie preżentat lil MRA, is-segretarju permanenti Chris Ciantar u żewġ konsulenti l-inġinier Antoine Rioli u l-inġinier Vince Magri kienu preżenti. Il-preżentazzjoni kienet tgħid b'mod ċar li l-preżentazzjoni saret 'on behalf of' l-MRRA (Ministeru).
Dan kiteb ukoll li hu importanti li wieħed jinnota li l-awtorita tar-riżorsi qatt ma kienet involuta fl-għoti tal-kuntratt jew fil-bord tal-aġġudikazzjoni tiegħu.
Is-Sur Rizzo qal li hu qatt ma approva t-tariffi u lanqas qatt ppreżenta l-każ lil Bord. Il-każ kien sar mill-Ministeru u l-konsulenti tiegħu.