Laburisti u kanvassers ta' ministri Laburisti qed jingħaqdu magħna - Chris Said

Is-segretarju Ġenerali tal-PN qal ukoll "Irridu niftħu l-bibien beraħ għal dawk in-Nazzjonalisti li tlifna"

Chris said jgħid li ħafna laburisti jinsabu diżillużi mill-gvern li ħadmu għalih
Chris said jgħid li ħafna laburisti jinsabu diżillużi mill-gvern li ħadmu għalih

F'intervista esklussiva li Chris Said ta lill-gazzetta ILLUM qal li l-partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni għax ma kienx viċin in-nies. Qal ukoll li l-partit inbidel u l-bibien huma miftuħa beraħ biex in-Nazzjonalisti li tilfu jerġgħu jħossuhom komdi ma' dan il-partit ġdid. Qal ukoll li huma l-ħafna Laburisti ġenwini, kanvassers ta' ministri u tesserati Laburisti li huma diżillużi bil-gvern li ħadmu għalih u qed jingħaqdu mal-PN.

Said jitkellem dwar il-korruzzjoni, dwar il-meritokrazija, dwar Għawdex u kif ma sar xejn f'sena u nofs mill-wegħdiet li tant saru mill-partit Llaburista. Jitkellem ukoll dwar l-Air Malta u kif inbidel il-partit tiegħu u kif għad irid jinbidel aktar.

Għal aktar dettalji u l-intervista sħiħa wieħed jista' jara l-ġurnal ILLUM ta' nhar il-Ħadd.

More in Politika