Il-GRTU twissi lil Gvern biex ma jagħmilx dazji fuq iż-żejt

Fuq il-magazine uffiċċjali tagħha l-GRTU qed tgħid lill-gvern biex ma jkomlix jgħarraq is-sitwazzjoni

L-artiklu prinċipali tal-GRTU fuq il-magazine uffiċċjali tagħha
L-artiklu prinċipali tal-GRTU fuq il-magazine uffiċċjali tagħha

L-artiklu prinċipali tal-GRTU jgħid li tifhem li meta l-gvern intrabat bil-prezz taż-żejt biex jistabilizza l-prezz għamel dan b'deċiżjoni kuraġġuża. Iżda qalet li ż-żewġ amministrazzjonijiet qatt ma jġibuha żewġ u dejjem iċ-ċittadini u n-negozji Maltin jkollhom iħallsu prezz ogħla u mhux irħas.

Il-GRTU qalet li hu diffiċli li wieħed jantiċipa l-prezz internazzjonali pero qalet li hu ċert hu li l-poplu jkollu jħallas għal kull deċiżjoni. Il-GRTU b'ittri bold kitbet hekk:

Il- GRTU pero` twissi lil-Gvern li fiċ-ċirkustanzi kurrenti, fejn l-intrapriżi Maltin qed iħallsu madwar €0.30c iktar fuq kull litru ta` żejt, hija inaċċettabli bl-aktar mod assolut li permezz tal-Baġit 2015 il-Gvern ikompli jgħolli s-sisa fuq id-diesel.

Il-Gvern ma kkonfermax hux se jgħolli is-sisa fuq id-diesel pero` il-GRTU thoss li din hi l-probabilta`. Fid-Draft Budget Plan 2015 Il-Gvern għamel ħafna enfasi fuq indirect taxation u potenzjalment dan jista` jfisser li togħla s-sisa fuq il-fuel. Il-GRTU terġa tenfasiżża li l-piż tal-prezz tad-diesel fuq l-intrapriżi hu iebes ħafna. Waqt li fiċ-ċirkustanzi kurrenti, dak li jista’ jagħmel il-Gvern fuq il -prezz tal-fuel huwa limitat, il-Gvern żgur jista` jikkontrolla kif jgħolli s-sisa fuq iż-żejt u għaldaqstant għandu jikkommetti ruħu f’dan ir-rigward.

Il-GRTU pubblikament qalet li waqt il-laqgħat tal-Baġit fl- MCESD dawn l-affarijiet ma ġewx diskussi u li l-Pre-Budget Document huwa vag dwar kif ser jiżdiedu t-taxxi. Il-GRTU bħalissa qiegħda tistenna laqgħa mal-Ministru tal-Finanzi, li talbet f’ittra konġunta mal-Kamra tal-Kummerċ, bl-għan li jiġu iċċarati kwistjonijiet u mistoqsijiet relatati ma’ taxxa. Il -GRTU tippreferi li tkun proattiva u tiddiskuti issa milli tikkritika wara l-Baġit, meta miżuri li jkomplu jgħafsu lill- intrapriżi Maltin jkunu ġew kommessi.

More in Politika