Djar tal-anzjani qed jimtlew bin-nies tal-qalba - Chris Said

Chris Said jgħid li l-qoxra sabiħa li kien imgeżwer fiha dal-gvern qed teqdiem

Chris Said jgħid li l-partit laburista meta jsib ruħu dahru mal-ħajt jitfa' t-tajn
Chris Said jgħid li l-partit laburista meta jsib ruħu dahru mal-ħajt jitfa' t-tajn

Intervista esklussiva mas-segretarju Ġenerali tal-PN li jemmen li l-partit m'għadux fil-qiegħ kif kien sena ilu, filwaqt li l-partit laburista offra ruħu bħala pakkett imgeżwer f'qoxra sabiħa li issa bdiet teqdiem u beda jidher eżatt x'hemm fil-pakkett taħt dik il-qoxra mill-isbaħ li kien hemm sena u nofs ilu.

Jgħid li l-partit nazzjonalista kien aktar moħħu fl-inkwiet intern li kelu u fuq il-kriżi mondjali milli taha każ x'irid il-poplu. Jitkellem dwar Għawdex u l-uġiegħ f'qalbu li l-partit tilef lill-Għawdex, jikkritika dak li qed isir f'Għawdex, ma jaqbilx li fil-PN kienu jaqdu l-ħbieb tal-ħbieb u jagħti eżempji għal dan filwaqt li jgħid li Joseph Muscat meta jsib ruħu dahru mal-ħajt iwaddab it-tajn. Jitkellem dwar il-fast ferry f'Għawdex u dwar il-ħafna wegħdi li sfaxxaw fix-xejn biex il-meritokrazija saret iċ-ċajta tal-Labour.

L-intervista sħiħa tistgħu taqrawha fil-ħarġa ta' ILLUM

 

More in Politika