B’reazzjoni għall-allegazzjoni li għamel is-Segretarju Ġenerali tal-Partit fl-Oppożizzjoni, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jagħmilha ċara li l-proċess tad-dħul fid-djar tal-anzjani huwa kompletament indipendenti u trasparenti.
Tant li dan il-proċess huwa determinat minn evalwazzjoni ta’ tim multi-dixxiplinarju kompost minn konsulenti tal-ġeriatrija tal-Isptar Karin Grech. L-allegazzjoni tas-Segretarju Ġenerali għalhekk mhux biss hija falza imma wkoll hija turi diżrispett lejn il-professjonisti li jeżerċitaw ix-xogħol tagħhom bl-ikbar integrità u professjonalità.
Filwaqt li l-Oppożizzjoni tipprova tkejjel lil kulħadd b’xibirha, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva se jkompli għaddej bil-ħidma kontinwa b'risq il-bżonnijiet tal-anzjani speċjalment biex jiġu indirizzati l-listi twal ta' stennija li ħalla warajh Gvern preċedenti.