Il-Partit Nazzjonalista ppreżenta l-ewwel konvenzjoni ġenerali l-ġimgħa l-oħra. Apparti li fetaħ il-bibien tiegħu biex jisma' x'għandu xi jgħid il-poplu fuq it-tiġdid tal-partit, ippreżenta wkoll lill-Kap tal-Partit b'dehra u stil ġdid ta' komunikazzjoni.
Iżda fiex jikkonsisti dan it-tiġdid? X'inhuma l-problemi li jrid jaffaċċja l-partit? X'soluzzjonijiet jista' joffri?
Reporter se jiddiskuti dan it-tiġdid u t-tifsir ta' dak li ġie ppreżentat fil-konvenzjoni. Bi preżentazzjoni ta' Saviour Balzan u b'interventi ta' Ramona Frendo, il-mistiedna fil-programm se jkunu Mario de Marco, Deborah Schembri, Joe Ellis u Noel Buttigieg Scicluna.
Bħala udjenza se jkun hemm għaxra mit-tnax-il kandidat ġdid tal-PN.
Reporter, illejla fl-21.55, titilfuhx.