L-ispettur Gafa jikxef li George Farrugia kien prova jitkellem ma' Austin Gatt fuq tender

L-Ispettur Gafa qal li sa ma ħarġet il-maħfra presidenzjali, George Farrugia ma kien qed jikkopera xejn mal-pulizija

L-ispettur Gafa qal li ma kinitx l-maħfra presidenzjali ma' kienx ikollhom każ
L-ispettur Gafa qal li ma kinitx l-maħfra presidenzjali ma' kienx ikollhom każ

Fis-seduta tal-kumitat tal-affarijiet pubblici, Angelo Gafa li illum jaħdem mal-Malta Security Service ikkonferma li fl-investigazzjoni George Farrugia l-oil trader ikkonferma li prova jitkellem ma' Austin Gatt kemm il-darba fuq tenders.  Din kienet l-ewwel darba li ħarġet xi forma ta' indikazzjoni li Farrugia kien jipprova jitkellem ma' Austin Gatt dakinhar ministru fuq affarijiet marbutin ma' l-enemalta.  Gafa qal li Farrugia li Gatt qatt ma kompla miegħu.

L-ispettur Angelo Gafa, wieħed mit-tliet uffiċċjali tal-pulizija li  qed jinvestiga l-iskandlu taż-żejt qal lil kumitat tal-Parliament Public Accounts li ma kinx għal maħfra presidenzjali Farrugia ma kien jitkellem xejn. Hu qal ukoll li dwar il-maħfra presidenzjali sar jafha mill-internet waqt li hu u Michael cassar kienu qed jinterrogaw lil George Farrugia. "li ma kinitx għal-maħfra presidenzjali ma kien ikollna l-ebda każ fuq Farrugia u sa dak il-ħin ma kellna l-ebda prova li hu kien qed ixaħħam lil xi ħadd. Kien Frank Sammut l-ewwel li ammetta għat-tixħim. Iżda qabel tkellem ma kellna l-ebda prova kontrih."

Gafa qal ukoll li qabel spiċċa mill-Economic u Crimes Unit kien qed jħejji biex jakkuża wkoll lill-erba ħutu wara li ammettew ukoll li kienu jafu li ħuhom kien qed ixaħħam. L-investigaturi kienu sabu serje ta' ċekkijiet maħruġa mil-Lombard Bank fuq 'self pay'. Dawn iċ-ċekkijiet riedu l-firem ta' diversi minn ħutu, bħala proprjetarji tal-kumpanija. "It-tixħim kien jitħallas bi flus kurrenti, għalhekk xi ħadd kien isarraf iċ-ċekk u jxaħħam bihom."

 

More in Politika