Dawn is-sinjali li twaħħlu, jindikaw lis-sewwieqa b’mod ċar li l-flus mogħtija lil-parker għandhom isiru biss b’mod volontarju u biss jekk is-sewwieq iħoss li għandu jagħmel dan, għaldaqstant f’forma ta’ donazzjoni. Għalhekk dan il-ħlas isir mingħajr obbligu u l-parker ma jistax jitlob ħlas għax-xogħlu, waqt li huwa permess li l-parker iżomm dawn l-istess flus.
Skont ir-regolamenti ta’ Transport Malta f’dan ir-rigward, il-parkers għandhom jilbsu il-karta ta’ identifikazzjoni uffiċjali li tkun maħruġa minn TM f’kull ħin meta jkunu qed jagħmlu xogħolhom. Minbarra dan, il-parker huwa permess li jwettaq xogħlu biss fil-parkeġġ indikat fuq l-istess karta ta’ identifikazzjoni.
Il-parker huwa wkoll obbligat li jieħu d-dettalji tal-karozzi involuti f’każ li jkun hemm xi ħbit jew inċidenti, waqt li jħares il-karozzi minn xi serq jew ħsarat.