Iż-żwieġ tiegħi hu sod u mibni fuq il-fiduċja - Konrad Mizzi
Konrad Mizzi qal li dawn l-allegazzjonijiet ġew qabel attakki oħra mill-partit nazzjonalista
More in Politika
Konrad Mizzi qal li dawn l-allegazzjonijiet ġew qabel attakki oħra mill-partit nazzjonalista
Il-Ministru Konrad Mizzi, martu u l-kordinatur tal-Kommunikazzjoni Lindsay Gambin qed jistennew bil-ħerqa biex jippreżentaw il-fatti fil-qorti fuq l-allegazzjonijiet tad-divorzju tiegħu u r-relazzjoni barra ż-żwieġ li ġew miktuba mill-blogger ta' The Malta Independent Caruana Galizia
Konrad Mizzi kategorikament jiċħad dawn l-alegazzjonijiet li hu u martu qed jiddivorzjaw u anke li għandu xi tip ta' relazzjoni ma' Lindsay Gambin u għalhekk i9t-tlieta li huma fetħu kawża ta' libell fuq il-blogger ta' The Malta Independent u l-koppja Mizzi għamlet ukoll talba kriminali mal-pulizija. "Importanti li ngħid il-verita kollha u nwaqqa' l-gideb kollu," qal Mizzi fi stqarrija li ħarġet mid-dipartiment tal-Informazzjoni.
Hu qal li ż-żwieġ tiegħu hu sod daqs qatt qabel u hu karaterizzat mill-fiduċja. "Is-suġġeriment tad-divorzju hu assurd."
Ċaħad li hu qed jara lil Lindsay gambin f'relazzjoni u id-dettalji espliċiti li Galizia kitbet huma foloz u irresponsabbli"
Qal ukoll li Gambin qatt ma marret miegħu ċ-Ċina x-xahar li għaddha kif kien allegat mill-opinjonista ta' The Malta Independent.
Il-ministru qal ukoll li l-kuntratt ta' Sai Mizzi tpoġġa fuq il-mejda tal-Parlament, "Dawn il-fatti huma bażati fuq evidenza b'saħħitha u jkunu kollha mpoġġija fil-qorti. It-tlieta li aħna qed nistennew bil-ħerqa l-opportunita li nippreżentaw il-fatti fil-qorti."
Hu kompla jgħid li l-aħħar attakk fuqu kien preċedut minn attakki oħra mill-Partit Nazzjonalista immexxi minn Simon Busuttil li wkoll kienu "bażati fuq gideb"