Min jiskonġra jrid ikun pur?

L-Illum staqsa diversi opinjonisti dwar jekk l-oppożizzjoni għandiex titfa ġebel lejn il-gvern u tinsa d-dar tal-ħġieġ li kienet fiha

Peppi Azzopardi jgħid li dawk li għażlu labour iħossu li l-kritika tal-oppożizzjoni hi mmirata lejhom
Peppi Azzopardi jgħid li dawk li għażlu labour iħossu li l-kritika tal-oppożizzjoni hi mmirata lejhom

MIN JISKONĠRA JRID IKUN PUR?

Veronica Lynn Mizzi

Sabiex titfa’ l-ewwel ġebla trid ma tkunx ħati, suppost. Imma hekk hu l-każ fil-politika lokali? Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jiġi kkritikat għax għalkemm jikkritika lill-Gvern, hu stess mhux pur. Imma biex tagħti l-kritika mhux bilfors tkun pur?

Staqsejna lil diversi opinjonisti x’jaħsbu dwar jekk l-Oppożizzjoni tinsabx f’pożizzjoni li tagħmel din il-kritika lill-Gvern. Dan wara li wħud mill-kritika li qed issir fil-konfront tal-Gvern mill-Oppożizzjoni hija dwar kwistjonijiet u żbalji li diġà saru minn amministrazzjoni preċedenti. Staqsejna wkoll dwar il-mod ta’ kif isiru l-attakki fix-xena politika min-naħa għall-oħra, jekk jemmnux li huma effettivi u għandhomx isiru b’dan il-mod.

Fil-kummenti tagħhom, Carmel Cacopardo, Peppi Azzopardi, Simone Cini u Norman Vella  qablu li l-kritika hi bżonjuża filwaqt li semmew diversi temi li qed issir xi tip ta’ kritika fuqhom fosthom il-finanzjamenti tal-partiti u l-karigi fi ħdan il-Gvern.

 

Aqraw l-artiklu kollu fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Politika