Distakk ta’ 14-il punt bejn Muscat u Busuttil

Minkejja li l-Gvern naqqas sew mill-popolarita tiegħu, Muscat għadu jgawdi 14-il punt fuq Busuttil

Muscat għadu popolari aktar minn Busuttil
Muscat għadu popolari aktar minn Busuttil

Minkejja li l-Gvern naqqas sew mill-popolarità tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat għad għandu vantaġġ sew fuq il-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ta’ 14-il punt. Dan deher fi stħarriġ li deher fil-MaltaToday il-ġimgħa li għaddiet. Dan l-istess stħarriġ ħabat mal-ewwel Konvenzjoni Ġenerali li saret mill-Partit Nazzjonalista li inkluda fih diskors ta’ Busuttil fejn fih ipprova jidher bħala kap aktar ġdid u aktar determinat.

Fl-istħarriġ deher ukoll li għalkemm Busuttil żied il-popolarità tiegħu bi 3 punti meta mqabbla mal-istħarriġ li sar f’Marzu li għadda, li kien l-istħarriġ ta’ qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, fadallu x’jaqdef biex jilħaq lil Muscat. Intwera wkoll li ż-żewġ kapijiet kellhom 85% tal-fiduċja tal-votanti rispettivi tagħhom fl-2013.

Matul il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, id-distakk fil-fiduċja bejn iż-żewġ kapijiet varjat bejn 10 u 16-il punt. Dan meta f’dan il-perjodu, il-kapijiet politiċi jkollhom it-tendenza li jkollhom livelli ta’ fiduċja għolja minħabba li jidhru aktar f’dak il-perjodu.

It-tnaqqis ta’ tliet punti li ġarrab Muscat, però kien xorta waħda ferm inqas mit-telf li ġarrab il-bqija tal-kabinett. Joseph Muscat ġab 45% tal-fiduċja f’dan is-stħarriġ li huwa l-inqas sa minn April tal-2013 fejn kien igawdi m inn 59%.

More in Politika