Reporter illejla fuq l-ekonomija

Reporter nhar ta' Tnejn fl-21.55, live, fuq TVM
 

X’jifhem il-poplu bil-kelma ekonomija? Kif inhi sejra l-ekonomija f’Malta? Huwa minnu li għandna tkabbir ekonomiku f’pajjiżna jew le?

Reporter se jiddiskuti l-ekonomija f’pajjiżna.

Il-mistiedna se jkunu, Chris Cardona mill-Partit Laburista, Tonio Fenech mill-Partit Nazzjonalista, Paul Abela, il-President tal-GRTU u David Curmi, il-President tal-Malta Chamber of Commerce.

Il-preżentazzjoni tkun f’idejn Saviour Balzan. Fl-istudio ma’ Dr. Ramona Frendo, se jkun hemm l-ekonomista Gordon Cordina bl-interventi tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-ekonomija f’pajjiżna.

Reporter, għada, live fuq TVM fl-21.55.

More in Politika