Is-CEO tal-PN kien jaqla' sa €83,144 fis-sena

Brian St John kien jaqla' iżjed mill-Prim Ministru

 

Brian St John kien jaqla aktar mill-Prim Ministru illum CEO tal-media.link Communications
Brian St John kien jaqla aktar mill-Prim Ministru illum CEO tal-media.link Communications

Il-Kap Eżekuttiv tal-parti kummerċjali tal-Partit Nazzjonalista kien jaqla iżjed mill-Prim Ministru meta kien jaħdem bħaal Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni tas-servizzi mediċi bejn l-2010 u l-2013. 

Dawn id-dettalji ħarġu fil-parlament mill-ministru Konrad Mizzi. Fl-2009 qala is-salarju bażiku ta' €38,822 li s-sena ta' wara żdied għal €58,536. Barra dawn St John kien jirċievi numru ta' 'allowances', li kien jinkludi kera ta' karrozza, fuel u l-użu tal-mobile.

Fl-aħħar sena f'din il-kariga kellu salarju bażiku ta' €59,051, li miegħu żdiedlu €8,857 bħala performance bonus. Fl-2013 biss St John sewa lil dawk li ħallsu t-taxxa €83,144 wara li wieħed jgħodd l-allowances kollha.

Ix-xahar li għaddha St John kien appuntat bħala Kap Eżekuttiv tal-parti kummerċjali tal-PN Media.link Communications. Fi stqarrija Simon Busuttil kien qal li l-PN kien għaddej minn diversi bidliet fl-istrutturi tiegħu u l-ingaġġ ta' St John kien pass il-quddiem fil-proċess għat-tibdil.

Qabel ix-xogħol li ngħata fis-servizz mediku, St John kellu rwoli wkoll mal-MITA u fil-Bord tal-MCST. Kien appuntat ukoll bħala rappreżentanttal-kummissjoni Ewropea fi steering group għal implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għal mobilita tar-riċerkaturi fil-European Research Area. Bejn l-2004 u l-2008 St John serva bħala kordinatur fis-segretarjat privat tal-prim ministru Lawrence Gonzi u fl-2005 kien appuntat bħala kordinatur fl-ICT taċ-CHOGM 2005.

More in Politika