Keith Schembri Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru llum fetaħ kawża ta’ libell kontra l-mezzi tax-xandir tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista wara li llum deher artiklu deskritt bħala "malafamanti" fil-faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon tal-lum.
Fi stqarrija li ntbagħtet lill-istampa ngħad li "L-allegazzjonijiet magħmula minn In-Nazzjon huma għal kollox foloz u inventati. Is-Sur Schembri la kellu u lanqas għandu xi konnessjoni kummerċjali mal-kuġin tiegħu li jissemma fil-ġurnal In-Nazzjon. Hija fabbrikata wkoll l-implikazzjoni li għandu xi kuntatt miegħu jew li jaf li fejn jinsab.
L-istrateġija ta’ assassinju tal-karattru permezz tal-mezzi tax-xandir tal-Oppożizzjoni qed tlaħħaq l-aktar livelli baxxi, li jixhdu n-negattiviżmu u sinjali tal-agħar politika tal-passat li l-poplu sfiduċja fl-aħħar elezzjoni ġenerali."