L-UE ma tiddeċidix dwar min għandu jivvota fi gżiritna - Marlene Mizzi

L-UE trid li persuni li għandhom oriġini tal-pajjiż anke jekk qatt ma għexu f'Malta jistgħu jivvutaw

Marlene Mizzi tgħid li dak li jgħodd għal wieħed ma jfissirx li jgħodd għal kulħadd
Marlene Mizzi tgħid li dak li jgħodd għal wieħed ma jfissirx li jgħodd għal kulħadd

Fil-Laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li saret il-bieraħ, petizzjonijiet min persuni minn Spanja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja, talbu lill-Kummissjoni biex tibda taħdidiet sabiex l-Kummissjoni tippermetti li ċ-ċittadini li jgħixu b’mod permanenti f’pajjiżi oħra, jingħataw d-dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet ġenerali fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom u/jew fil-pajjiżtar-residenza tagħhom. L-argument mressaq favur din il-leġislazzjoni kien, li jekk dan id-dritt ma jingħatax il-prinċipju ta’ freedom of movement ikun qiegħed jiġi miċħud.

Fl-intervent tagħha l-MEP Marlene Mizzi ddikjarat li waqt li hi tappoġġja l-prinċipju ta’ moviment ħieles, il-proċess ta’ blanket electoral legislation ma jistax ikun konvenjenti għall-pajjiżi kollha.

One size fights all jew leġislazzjoni cut and paste mhux aċċettabli. Il-leġislazzjoni Elettorali li tiddetermina min għandu d-dritt li jivvota, fejn u kif, għandha tibqa’ fl-ambitu tal-kompetenza nazzjonali u mhux imposta b’leġislazzjoni mill-Unjoni Ewropea. L-impatt ta’din il-leġislazzjoni ser tkun differenti fuq pajjiżi żgħar għal pajjiżi akbar, b’miljuni ta’ċittadini. “

Il-Membru Parlamentari Ewropew Mizzi, enfasizzat sitwazzjoni fejn minħabba d-daqs ta’ Malta, hemm aktar Maltin li jgħixu permanenti barra l-pajjiż, milli hemm Maltin residenti permanenti f’Malta. Dan ifisser illi persuni li jgħixu permanenti barra minn Malta, ser jiddeċiedu kif il-Maltin u l-pajjiż ikun iggvernat. Marlene Mizzi, żiedet li hekk kif id-drittijiet ta’ dawk iċ-ċittadini li jgħixu barra l-pajjiż għandhom ikunu salvagwardjati, hekk ukoll għandhom ikunu salvagwardjati d-drittijiet taċ-ċittadini li jgħixu fil-pajjiż fejn l-elezzjoni ġenerali tkun qed isseħħ.

“Għaldaqstant, dawk iċ-ċittadini li għandhom d-dritt li jivvutaw għandhom jingħataw kull metodu prattiku possibli biex jeżerċitaw d-dritt tagħhom. Dan jinkludi votazzjoni elettronika u l-votazzjoni fil-pajjiż tar-residenza tagħhom. Id-drittijiet taċ-ċittadini u l-prinċipju tad-demokrazija m’għandhomx ikunu kompromessi bl-ebda mod”.

Mizzi żiedet tgħid li : “Dan huwa każ fejn il-pajjiżi ż-żgħar għandhom iqumu fuq saqajhom u ma jippermettux li l-esiġenzi tal-istati membri akbar jaffetwawhom b’mod negattiv. Lanqas nistgħu nħallu li ċerti kompetenzi u drittijiet sovrani jiġu meħuda mill-istati membri u jiġu mitfugħa f’daqqa fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Min jivvotta, kif u fejn , huma wħud mid-drittijiet sovrani li ħadd m’għandu jmiss” qalet Marlene Mizzi.

More in Politika