Ħafna nies fil-midja soċjali għajru lil President tal-Istati Uniti bħala bniedem mitluq u 'rapper' għax qagħad jomgħod iċ-ċhewing gum waqt is-summit li sar f'Beijing tal-Asia Pacific Economic Cooperation (APEC). Waqt il-konferenza Obama seta jiġi nnutat li beda jomgħod iċ-chewing gum u anke meta wasal iċ-Ċina ġie ffilmjat jomgħod.
Yin Hong professur tal-ġurnaliżmu fiċ-Ċina fl-Universita ta' Beijing kiteb fuq is-sit soċjali tiegħu, "Aħna għamilna minn kollox biex din il-koferenza tiltaqa f'lussu kbir bil-kant u żfin, u Obama ħareġ mill-karrozza jiekol iċ-Chewing gum qisu wieħed minn dawn tat-triq li ma jaħdmux. Ieħor kiteb li Obama kien qisu 'rapper'.
Chewing gum f'pajjiżi Asjatiċi hu meqjus bħala xi għemil soċjalment mhux aċċettat. Tant li Singapore hu kontra l-liġi li ddaħħal chewing gum fil-pajjiż u fil-Ġappun jiksruk jekk waqt xi negozju tomgħod chewing gum.
Li Obama qagħad jomgħod iċ-chewing gum dehret bħala nuqqas ta' rispett lejn iċ-Ċiniżi speċjalment f'konferenza daqshekk iomportanti.
Barack Obama hu magħruf bħala li mkien ipejjep ħafna u frekwentament juża chewing gum tan-nikotina biex jaqtgaħlu l-aptit li jpejjep, u kien għalhekk li deher jomgħod iċ-chewing gum.