Iċ-ċentri tas-saħħa mhux se jkunu privatizzati - Konrad Mizzi

Proġett separat hu taċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla li se tingħata wiċċ ġdid mill-privat u se titmexxa mill-privat fli skema PPP

 

Paul Pace il-president tal-MUMN
Paul Pace il-president tal-MUMN

MUMN kienet sorpriża meta qrat fuq gazzetta partikolari li fil-baġit tal-2015 il-polikliniċi se jiġu privatizzati. l-MUMN ikontattjat mill-ewwel lil Ministru Konrad Mizzi li assigura lill-unjin li l-Gvern ma kellu l-ebda intenzjoni li jiprivatizza il-polkliniċi. Barra hekk il-prinċipju ta' saħħa b'xejn mhux se jinbidel.

Konrad Mizzi informa lill-MUMN li l-bini taċ-ċentri tas-saħħa ta' paola u Kirkop se jipproċedu kif ippjanat u dawn iċ-ċentri se jitmexxew mid-dipartiment tas-saħħa u b'impjegati tal-gvern. 

Se jkun hemm proġett separat bli skema PPP (public private partnership) f'Bormla fejn is-settur privat se jiffinanzja ir-'refurbishment' u jopera iċ-ċentru tas-saħħa f'isem il-Gvern. F'dan il-każ l-impjegati tal-gvern mhux se jkunu jaħdmu f'dan iċ-ċentru iżda se jitpoġġew f'areas oħra tas-servizz tas-saħħa fejn hemm nuqqas. Ir-riżorsi umani li se jitħaddmu f'dan il-proġett ta' PPP f'Bormla se jkunu impjiegi ġodda ikkrejati minn operatur privat. Iżda xorta jibqa l-fatt li s-servizzi provduti jkunu b'xejn.

Il_Ministru Mizzi assigura lill-MUMN li mhux biss iċ-ċentri tas-saħħa se jibqgħu b'xejn għal kulħadd iżda l-ebda nurse jew impjegat ieħor f'dawn iċ-ċentri mhux se jispiċċa jaħdem mal-privat.

 

More in Politika