Tkompli s-saga bejn Muscat u Busuttil
Pubblikata l-ittra li Joseph Muscat bagħat lil Simon busuttil
minn John Busuttil
Din hi l-ittra li Joseph Muscat bagħat lil Simon Busuttil
22 Novembru 2014
Onor Dr Simon Busuttil
Kap ta' l-Oppozizzjoni
Dar Centrali Partit Nazzjonalista
Triq Herbert Ganado, tal-Pieta'
Pubblikament inti qieghed tivventila numru ta' allegazzjonijiet fir-rigward tal-kaz li kien involut fih membru tal-Korp tal-Pulizija assenjat mal-Ministeru ghal-Intern u Sigurta' Nazzjonali nhar id-19 ta' Novembru, 2014.
Fid-dawl ta' dawn l-allegazzjonijiet jiena ddecidejt li nahtar Bord ta' Inkjesta ai termini ta' l- Att dwar l-Inkjesti.
L-ghan ta' din l-Inkjesta hu li jigi determinat jekk kienx hemm involviment mhux lecitu min- naha tal-Ministru Emmanuel Mallia u/jew ufficjali ohra fil-kaz imsemmi u tigi ddeterminata l-vericita' jew le tal-allegazzjoni li l-Ministru intervjena biex jghatti l-agir ta' dina l-persuna.
Jiena ddecidejt li l-Bord ghandu jkun maghmul minn tliet persuni u dawn il-persuni ghandhom ilkoll ikunu nies li kienu jservu lil pajjizna bhala membri tal-gudikatura.
Peress li skont l-Att dwar l-Inkjesti wiehed minn dawn it-tliet persuni ghandu jservi bhala Chairperson ta' dan il-Bord, qieghed formalment nistiednek tibghatli isem ta' gudikant irtirat tal-fiducja tieghek sabiex dan il-gudikant irtirat ikun mhux biss membru ta' dan il-Bord izda jkun ukoll jippresiedi l-istess Bord.
Il-Bord se jinghata zmien definit ta' hmistax-il gurnata mid-data tal-hatra biex jikkonkludi x- xoghol tieghu.
Minhabba n-natura tal-kaz wara l-allegazzjonijiet li saru, nitolbok biex tibghatli n-nomina tieghek sa' ghada, 23 ta' Novembru 2014 fis-1800.
Anness nitolbok issib it-termini tal-hatra. Inselli ghalik,
Joseph Muscat
Prim Ministru
It-termini tal-ħatra huma dawn:
Termini tal-hatra tal-Bord ta' Inkjesta
Ninformak li inti gejt mahtur biex isservi bhala Chairperson/Membru ta' Bord ta' Inkjesta li jien waqqaft bis-sahha tal-poter moghti lili taht l-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273 tal-Ligijiet ta' Malta).
L-ghan ta' din l-inkjesta huwa li tinvestiga l-agir jew kondotta tal-Ministru ta' l-Intern u Sigurta' Nazzjonali Emmanuel Mallia u/jew ufficjali ohra in konnessjoni mal-kaz li kien involut fih membru tal-Korp tal-Pulizija assenjat mal-Ministeru de quo nhar id-19 ta' Novembru, 2014.
B'mod partikolari, izda mhux biss, il-Bord ta' l-Inkjest ghandu jiddetermina:
1) jekk kienx hemm involviment mhux lecitu min-naha tal-Ministru Emmanuel Mallia u/jew ufficjali ohra fil-kaz imsemmi; 2) l-vericita' jew le tal-allegazzjoni li l-Ministru intervjena biex jghatti l-agir ta' dina l- persuna.
3) kwalunkwe kwistjoni ohra ancillari li b'xi mod tolqot l-agir jew kondotta tal-Ministru Mallia u/jew ufficjali ohra fil-kaz imsemmi
Fil-qadi tad-doveri tieghu l-Bord ghandu juzufruwixxi mill-poteri kollha moghtija lilu minn artiklu 6 ta' l-Att dwar l-Inkjesti.
Ir-rapport finali ghandu jasal ghandi fi zmien hmistax-il gurnata mil-lum. Inselli ghalik,
Joseph Muscat
Prim Ministru