U jerġa' jwieġeb Joseph Muscat

Wara li ħadu n-nifs mill-ġirja tal-President kompliet is-saga bejn Muscat u Busuttil

Il-Prim Mininistru jinnota l-ittra bi tweġiba tal-Kap tal-Oppożizzjoni li ma aċċettax li jinnomina eksġudikant tal-fiduċja tiegħu biex imexxi inkjesta indipendenti li tistabilixxi jekk l-allegazzjonijiet li qed jagħmel humiex minnhom.

Wieħed jinnota li l-Kap tal-Oppożizzjoni poġġa lilu nnifsu bħala prosekutur, imħallef u ġurija f'daqqa.

Dan għaliex għamel allegazzjoni, iddeċieda li hi minnha u qata’ l-kundanna.

Il-Prim Ministru mhux se jfarfar kif għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni iżda se jerfa' responsabbiltà kif imdorri jagħmel.

Il-Prim Ministru għalhekk jibqa’ miexi biex mill-aktar fis jaħtar din l-inkjesta indipendenti biex tistħarreġ l-allegazzjonijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tistabbilixxi l-fatti.

More in Politika