Patrick Dalli, ir-raġel tal-Ministru Helena Dalli fuq is-sit soċjali tiegħu, Facebook sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni għal konfront fuq it-TVM dwar il-każ tiegħu. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jallega li fuq il-proprjetà ta' Dalli qed isir xogħol illegali u l-familja Dalli qed tgħid li din il-proprjetà hi mibjugħa u tinsab fuq konvenju. Simon Busuttil qal fil-parlament li jekk il-proprjetà tkun fuq konvenju xorta tkun għadha tgħajjat lis-sidien oriġinali li hu Patrick Dalli. Hawn taħt qed nirriproduċu dak li kiteb Patrick Dalli fuq Facebook.
Jiena, Patrick Dalli, nisfida lill-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex nagħmlu konfront fuq il-mezzi tax-xandir (TVM) halli nurih kemm gideb fuqi fuq il-każ li qiegħed jakkużani rigward il-farmhouse. Jekk ma jaċċettax, qiegħed jiddikjara kemm hu gideb fuqi.