Il-Ministru Helena Dalli waqt konferenza stampa dwar il-mediċini kienet ibbumbardjata b'mistoqsijiet dwar il-każ tal-bini llegali fuq il-villa tal-kumpanija ta' żewġha PADA Builders.
Hi qalet li qatt ma kellha interess fil-PADA Builders u dan jista biss jinteressaha jekk hi u żewġha jisseparaw inkella hu jmut qabilha. "Ma naf xejn dwar dak li qed isir fi proprjeta li mhix tiegħi."
Jidher li l-ġurnalisti ma kinux kuntenti bi tweġibiet tagħha u baqgħu jistaqsuha. Kien dan il-ħin li dehret urtata u telqet il-barra.