Malta t-tielet l-inqas li għandha qgħad fl-Ewropa

Huma biss il-Ġermanja u l-Awstrija li għandhom rata ta' qgħad inqas minn tagħna

Ir-rata ta' qgħad fl-ewropa hi ta' 11.5%. skont l-Eurostat fejn tgħid li sa Ottubru li għadda n-numru ta' persuni li ma jaħdmux fiż-żona Ewropea huma ta' 18,395 miljun persuna.

Mill-istati membri l-inqas qgħad hu mkejjel fil-Ġermanja (4.9%), l-Awstrija (5.1%) u Malta (5.6%) filwaqt li l-ogħla numru ta' nies qiegħda jinsabu fil-Greċja (25.9%) u Spanja (24%). Meta kkomparati mas-sena l-oħra l-qgħad niżel f'21 stat filwaqt li fl-Italja u l-Fillandja l-qgħad żdied.

 

 

More in Politika