Il-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni Ryan Callus sostna li l-Kummissjoni Ambjent u l-Ippjanar kissru l-liġi meta ġimgħa li għaddiet dawn semgħu l-kawża dwar l-applikazzjoni mill Patrick Dalli jissanzjonaw illegalitajiet fuq proprjetà fiż-Żejtun.
Il-MEPA ħarġet stqarrija twieġeb għal dan u saħqet li meta tqabbel ritratti li ttieħdu fid-29 ta' Marzu tal-2012 u dawk tal-14 ta' Novembru 2014 li ttieħdu fil-proprjetà ta’ Patrick u Helena Dalli fż-Żejtun wieħed jinnotta li ma sar l-ebda xogħol fuq is-sit.
L-uniċi xogħlijiet li kienu nnutati fuq is-sit kienu l-depożizzjoni ta ħamrija u l-materjal inerti ħdejn iż-żona tal-pool.
Għallhekk l-avviż tal-infurzar ma kienx miksur, hekk kif mill-2012 ma saru l-ebda xogħlijiet. Ħadd mill-membri tal-Kummissjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar ma saqsa jekk sarux aktar xogħlijiet illegali wara li l-avviż ta’ infurzar li ħareġ fl-2012 għas-sempliċi raġuni li l-pożizzjoni ta' hawn fuq kienu ġew ikkomunikati mid-Direttorat qalet il-MEPA. Il-Kummissjoni ma ddeċieditx l-kawża il-ġimgħa li għaddiet iżda iddifferiet is-smigħ pubbliku u talbet lill-applikant jissottometti aktar informazzjoni.