Muscat u Busuttil fuq Reporter

L-ewwel inkontru kontra xulxin minn wara l-baġit

Għada fuq reporter     ritratt Ray Attard
Għada fuq reporter ritratt Ray Attard

Wara nuqqas ta’ ġimagħtejn Reporter se jerġa’ jirritorna b’dibattitu bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

Bi preżentazzjoni ta’ Saviour Balzan dan il-programm se jkun miżgħud b’mistoqsijiet diretti liż-żewġ mexxejja taż-żewġ partiti ewlenin f’pajjiżna. Fost is-suġġetti hemm il-każ li jinsab fuq fomm kulħadd dwar l-isparatura mix-xufier tal-Ministru Mallia. Reporter jistaqsi wkoll dwar il-baġit, il-COLA, l-onorarja, id-dekriminilizzazzjoni tad-droga u s-single mothers.

Reporter jixxandar għada t-Tnejn fuq TVM fl-21.55. 

More in Politika